Aġġornamenti bil-Posta Elettronika

Servizz ta' aġġornamenti bl-email

Il-Parlament Ewropew joffri servizz ta' abbonament elettroniku bla ħlas li jippermettilek tirċievi notifiċi awtomatiċi bl-email hekk kif ikun hemm tagħrif ġdid f'ċerti oqsma tas-sit tagħna fuq l-internet. Dan jgħinek tibqa' infurmat dwar kwistjonijiet ta' interess mingħajr ma jkollok tidħol fis-sit biex tiċċekkja għal aġġornamenti.

 

Sabiex tabbona għal dan is-servizz, trid tipprovdi l-indirizz tiegħek tal-email. Dan jintuża biss biex jipprovdilek il-kontenut li titlob jew biex jagħtik aċċess għall-profil tal-abbonamenti tiegħek (li tista' tipproteġi permezz ta' password).

 

L-għadd ta' temi disponibbli permezz ta' dan is-servizz ta' abbonament bla ħlas jista' jinbidel maż-żmien, u tajjeb li kull tant żmien terġa' tiċċekkja għal għażliet addizzjonali.

 

Tixtieq tabbona?

Jekk għandek interess li tirċievi avviżi bl-email meta jiddaħħal fis-sit tagħrif dwar temi magħżulin, abbona u għamel l-għażliet tiegħek.

 

Diġà abbonat(a)?

Tista' żżid l-abbonamenti jew tħassarhom meta trid. Permezz tal-Profil tal-Utent tiegħek tista' tbiddel l-indirizz tal-email tiegħek, timmodifika l-abbonamenti jew tneħħi l-indirizz tal-email tiegħek minn dan is-servizz.

 

Għandek bżonn għajnuna?

Jekk għandek bżonn għajnuna jew għandek xi suġġeriment dwar is-servizz ta' notifika bl-email, tista' tikkuntattja lil webmaster@europarl.europa.eu

 

Grazzi għall-abbonament tiegħek f'dan is-servizz bla ħlas.